OĦLOQ TBISSIMA 2023 - AGĦTI L-IMĦABBA

Wara ħafna preparamenti biex tkun tista’ tiġi organizzata l-21 sena tal-Maratona ta' Xandir, Oħloq Tbissima, issa din ġiet fi tmiemha. Kulħadd ħadem kemm felaħ biex tittella' maratona ta' kwalita’, biex dawk li jkunu qed isegwu permezz tat-televiżjoni jkunu jistghu jaraw dak kollu li sar u x’jista jsir mill-missjunarji Maltin li qed jipprovaw ilaħqu mal-ħafna bżonnijiet li għandhom b'risq il-fqar fil-Peru, Pakistan u l-Filippini. Din is-sena wkoll inkludejna lid-dar ta’ San Ġużepp fi proġett li sejjaħnilhu ‘Trobbija u Tbissima’.

Wieħed joħlom ħafna, u żgur li l-flus li nġabru sa nofs il-lejl; is-somma sabiħa ta' €441,222, kulħadd ser jibbenefika minnha. B’hekk naċċertaw li kull patri MSSP ikollu parti minn din is-somma biex il-progetti li jixtiequ jwettqu jista’ jkollhom il-bidu tagħhom.

Nieħu din l-opportunita' biex nirringrazzja lill-kantanti, preżentaturi, voluntiera li ġew jirrispondu t-telephones, u voluntiera oħra, li għamlu dak li kollu li kien hemm bżonn u taw il-ħin tagħhom senza interessi għal din il-maratona. Ma nixtieqx ninsa lill-kru tekniku li ħadem bis-sħiħ biex ikollna stampa sabiħa u ċara, u li kienu responsabbli għax-xandir kollu ta' din il-maratona. Nirringrazzja lill-patrijiet MSSP li ġew iżuruna u wkoll lil Fr. Alex u lill-Mons Giovanni, li permezz ta’ Skype calls, stajna narawhom u nisimgħuhom b'mod dirett mill-Peru.

Nirringrazzja lit-tim tal-produzzjoni li minn xhur qabel bdew jorganizzaw skeda ta’ xandir u l-kuntatti kollha li jkun hemm bżonn.

Nirringrazzja lil l-isponsors li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma kienx ikun possibbli li l-flus kollha li nġabru nistgħu nibgħatuhom lil min verament għandu bżonn. Nixtieq insemmi lil GSD, NERIKU CATERERS, KPH GROUP, FARSONS, JC PISANI LTD U OHRAJN.

Fl-aħħarnett nirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li għamlu l-kontribuzzjonijiet tagħhom, u li bħal snin oħra fehmu l-importanza tax-xogħol li qed isir. GRAZZI.

GRAZZI TMUR LIL ALLA LI GĦAL SENA OĦRA REĠA' TANA L-ENERĠIJA LI KELLNA BŻONN BIEX NGĦINU LILL-FQIR U L-BATUT.

Philippines

This is a relatively new MSSP mission that is performing work in parishes and university. The MSSP priests take pastoral care of the parisioners as well as the students of the university by giving them grants and even funding their studies. They run a youth center and teach basic skills.

Peru

The first MSSP mission in Peru started in Aplao. Here the missionaries still take care of a parish. This is a very big parish and it is very difficult for the missionaries to reach the whole zone frequently. This is mostly an agricultural community.



Pakistan

MSSP priests take care of a parish which lies in the perifery, where a big number of parishioners work in factories or fields. The MSSP missionaries run a girls school here, in a culture where girls and boys are treated differently.



St. Joseph Home

This home is run by the Missionary Society of St. Paul (MSSP). Its Director, Fr. Frankie Cini, together with a number of professional and dedicated staff run the house, which is home to a number of boys, who for various reasons are unable to live with their natural family.